1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-297/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2006/12/KE - Artikoli 4 u 5 - Immaniġġar tal-iskart - Pjan għall-immaniġġar - Netwerk adegwat u integrat ta’ stallazzjonijiet għar-rimi - Periklu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent - Forza maġġuri - Disturb għall-ordni pubbliku - Kriminalità organizzata)
2010/C 113/11
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Zadra, D. Recchia u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u G. Aiello, avvocato dello Stato)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski, aġent u K. Bacon, barrister)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 23) — Reġjun ta’ Campania
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, għar-reġjun ta’ Campania, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiżgura li l-iskart jiġi rkuprat u mormi mingħajr periklu għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr ħsara lill-ambjent, u b’mod partikolari, peress li ma stabbilixxitx netwerk adegwat u integrat ta’ stallazzjonijiet għar-rimi, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2006/12 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 223, 30.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy