30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-299/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/18/KE - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal proċedura unika għall-għoti ta’ kuntratt ta’ definizzjoni tal-bżonnijiet u ta’ kuntratt ta’ eżekuzzjoni sussegwenti - Kompatibbiltà mal-imsemmija direttiva)
2010/C 24/13
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec, G. Rozet u M. Konstantinidis, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, J.-C. Gracia u J.-S. Pilczer, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 28 u 31 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Rikors għall-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ notifika tal-kuntratt f’każijiet mhux previsti mid-Direttiva 2004/18 — Distinzjoni bejn il-kuntratti ta’ “definizzjoni”, suġġetti għar-regoli tad-Direttiva, u l-kuntratti ta’ “eżekuzzjoni”, li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli — Ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.
Dispożittiv
(1)
Billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikoli 73 u 74-IV tal-Code des marchés publics adottat bid-Digriet Nru 2006-975 tal-1 ta’ Awwissu 2006, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu proċedura ta’ kuntratti ta’ definizzjoni li tippermetti lil awtorità kontraenti li tagħti kuntratt ta’ eżekuzzjoni (għal servizzi, għal provvisti jew għal xogħlijiet) lil wieħed mill-pussessuri tal-kuntratti ta’ definizzjoni inizjali billi tinfetaħ kompetizzjoni limitata għal dawn il-pussessuri, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 28 tad-tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi].
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 272, 25.10.2008
Full & Egal Universal Law Academy