19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Land Baden-Württemberg vs Mertin Bozkurt
(Kawża C-303/08) (1)
(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Riunifikazzjoni tal-familja - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni - Konjuġi ta’ ħaddiem Tork li għex magħha għal iktar minn ħames snin - Żamma tad-dritt ta’ residenza wara d-divorzju - Kundanna tal-parti kkonċernata għal vjolenza mwettqa kontra l-ex mara tiegħu - Abbuż ta’ dritt)
2011/C 55/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Land Baden-Württemberg
Konvenut: Metin Bozkurt
fil-preżenza ta’: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija — Dritt ta’ residenza miksub, bħala membru tal-familja, minn ċittadin Tork li huwa r-raġel ta’ ħaddiem Tork u huwa legalment irreġistrat fis-suq tax-xogħol ta’ Stat Membru — Sussistenza tad-dritt ta’ residenza fil-każ ta’ divorzju li huwa l-konsegwenza ta’ dannu għall-integrità fiżika tal-ex mara li jirriżulta f’kundanna kriminali
Dispożittiv
(1)
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni, adottat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni li twaqqaf permezz tal-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin Tork bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali li, fil-kapaċità tiegħu ta’ membru tal-familja ta’ ħaddiem Tork li tappartjeni għas-suq tax-xogħol ta’ Stat Membru b’mod legali u minħabba l-fatt tar-residenza tiegħu għand martu għal perijodu kontinwu ta’ għall-inqas ħames snin, jibbenefika minn drittijiet li jirrigwardaw l-istatut ġuridiku mogħti fuq il-bażi tat-tieni inċiż tal-imsemmija dispożizzjoni, ma jitlifx il-benefiċċji tad-drittijiet tiegħu minħabba d-divorzju ppronunċat f’data wara l-kisba ta’ dawn id drittijiet.
(2)
Ma jammontax għal abbuż ta’ dritt il-fatt li ċittadin Tork bħar rikorrent fil-kawża prinċipali jagħmel użu minn dritt legalment kweżit taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, anki jekk il-persuna kkonċernata, wara li kisbet il-benefiċċju ta’ dan id-dritt permezz tal-ex konjuġi tagħha, wettqet kontra tagħha reat gravi li wasslet għall-kundanna kriminali tagħha.
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 14(1) tal-imsemmija deċiżjoni ma jipprekludix li miżura ta’ tkeċċija tiġi kkunsidrata fir-rigward ta’ ċittadin Tork li kien is-suġġett ta’ kundanni kriminali, sakemm l-imġieba personali tiegħu ma tammontax għal theddida attwali, reali u suffiċjentement gravi li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà. Hija l-qorti nazzjonali kompetenti li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 247, 27.09.2008
Full & Egal Universal Law Academy