13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance ta’ Mons — il-Belġju) — Société de Gestion Industrielle (SGI) vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-311/08) (1)
(Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Taxxi diretti - Leġiżlazzjoni dwar it-taxxa fuq id-dħul - Determinazzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpanniji - Kumpanniji li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ interdipendenza - Vantaġġ eċċezzjonali jew gratwit mogħti minn kumpannija residenti lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor - Żieda tal-ammont tal-vantaġġ inkwistjoni għall-profitti stess tal-kumpannija residenti li tat dan il-vantaġġ - Tqassim bilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri - Ġlieda kontra l-evażjoni fiskali - Prevenzjoni ta’ prattiki abbużivi - Proporzjonalità)
2010/C 63/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance ta’ Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société de Gestion Industrielle (SGI)
Konvenuta: L-Istat Belġjan
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance ta’ Mons (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 43, 48 u 56 KE — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-taxxa, għal kumpannija residenti, fuq vantaġġ eċċezzjonali jew gratwit mogħti minnha lil kumpannija mhux residenti li magħha għandha rabta ta’ interdipendenza, filwaqt li ma tipprevedix tali taxxa meta l-istess vantaġġ jingħata lil kumpannija residenti
Dispożittiv
L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix fil-prinċipju leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li biha kumpannija residenti hija ntaxxata għal vantaġġ eċċezzjonali jew gratwit meta din il-kumpannija tat dan il-vantaġġ lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, li magħha hija marbuta, direttament jew indirettament, b’rabtiet ta’ interdipendenza, filwaqt li kumpannija residenti ma tistax tiġi ntaxxata fuq tali vantaġġ meta dan il-vantaġġ jingħata lil kumpannija residenti oħra, li fir-rigward tagħha l-ewwel kumpannija għandha tali rabtiet. Madankollu hija l-qorti tar rinviju li għandha tivverifika li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha, meħuda flimkien.
(1) ĠU C 260, 11.10.2008.
Full & Egal Universal Law Academy