4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-313/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettq obbligu - Direttiva 2003/58/KE - Dritt tal-kumpanniji - Atti u indikazzjonijiet li għandhom jiġu żvelati - Ittri u formoli tal-ordnijiet - Penali - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 153/29
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Vesco u P. Dejmek, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, G. Fiengo, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 1(4), (5) u (6) tad-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta’ żvelar fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU L 221, p. 13).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji, fit-terminu previst, sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 1(4) sa (6) tad-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta’ żvelar fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.8.2008
Full & Egal Universal Law Academy