30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny — Ir-Repubblika ta’ Polonja) — Krzysztof Filipiak vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu
(Kawża C-314/08) (1)
(Leġiżlazzjoni fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul - Dritt għal tnaqqis tal-bażi taxxabbli tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali - Dritt għal tnaqqis tat-taxxa minħabba l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għall-mard mħallsa - Rifjut jekk il-kontribuzzjonijiet jitħallsu fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat li jintaxxa - Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 KE u 49 KE - Sentenza tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali - Antikostituzzjonalità tad-dispożizzjonijiet nazzjonali - Differiment tat-telfa tal-effett vinkolanti tal-imsemmija dispożizzjonijiet - Supremazija tad-dritt Komunitarju - Rilevanza għall-qorti tar-rinviju)
2010/C 24/14
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Krzysztof Filipiak
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Wojewódzki Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10 u 43 tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul li tillimita kemm it-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mill-bażi taxxabbli kif ukoll it-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għall-mard mit-taxxa biss għal dawk il-kontribuzzjonijiet imħallsa fl-Istat Membru.
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 43 KE u 49 KE jipprekludu liġi nazzjonali li permezz tagħha persuna taxxabbli residenti tista’ tikseb, minn naħa, li l-ammont tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa fis-sena fiskali jiġi mnaqqas mill-bażi ta’ stima u, min-naħa l-oħra, li t-taxxa fuq id-dħul li għandha tħallas tiġi mnaqqsa skont il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għall-mard mħallsa matul dan il-perijodu, unikament meta l-imsemmija kontribuzzjonijiet jitħallsu f’dan l-Istat Membru li jintaxxa, peress li tali vantaġġi ġew irrifjutati meta dawn il-kontribuzzjonijiet tħallsu fi Stat Membru ieħor, minkejja li dawn il-kontribuzzjonijiet ma tnaqqsux f’dan l-aħħar Stat Membru.
(2)
F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-supremazija tad-dritt Komunitarju timponi fuq il-qorti nazzjonali l-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju u li tħalli mhux applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali kuntrarji, indipendentement mis-sentenza tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali li tkun iddeċidiet għad-differiment tat-telf tal-effett vinkolanti tal-istess dispożizzjonijiet, li jkunu ġġudikati antikostituzzjonali.
(1) ĠU C 247, 27.09.2008
Full & Egal Universal Law Academy