4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżveżja
(Kawża C-322/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/83/KE - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 153/30
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u J. Enegren, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Iżveżja (rappreżentant: S. Johannesson, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 304, p. 12)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ir-Renju tal- Iżveżja naqas mill-obbligi imposti fuqu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal- Iżveżja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.8.2008
Full & Egal Universal Law Academy