21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/22
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-328/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2009/C 44/37)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u I. Koskinen, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: A. Guimaraes-Purokoski, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, p. 56).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 236, 13.9.2008.
Full & Egal Universal Law Academy