16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-331/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Responsabbiltà ambjentali - Direttiva 2004/35/KE - Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali)
2009/C 113/25
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Rozet u U. Wölker, aġenti]
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu [rappreżentant: C. Schiltz, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’ dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, p. 56).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 272, 25.10.2008.
Full & Egal Universal Law Academy