13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-333/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikoli 28 KE u 30 KE - Restrizzjoni kwantitattiva għall-importazzjoni - Miżura li għandha effett ekwivalenti - Sistema ta’ awtorizzazzjoni preliminari - Għajnuniet għall-ipproċessar u oġġetti tal-ikel li fil-preparazzjoni tagħhom intużaw għajnuniet għall-ipproċessar minn Stati Membri oħra fejn huma legalment iffabbrikati u/jew ikkummerċjalizzati - Proċedura li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jiksbu l-inklużjoni ta’ tali sustanzi f’“lista pożittiva” - Klawżola ta’ rikonoxximent reċiproku - Qafas leġiżlattiv nazzjonali li joħloq sitwazzjoni ta’ inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi)
2010/C 63/12
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues et R. Loosli-Surrans, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 28 KE — Sistema ta’ awtorizzazzjoni preliminari għall-għajnuniet għall-ipproċessar u għall-oġġetti tal-ikel li fil-preparazzjoni tagħhom intużaw għajnuniet għall-ipproċessar minn Stati Membri oħra fejn huma legalment iffabbrikati u/jew ikkummerċjalizzati — Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni u/jew ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
Dispożittiv
(1)
Billi stabbiliet, għall-għajnuniet għall-ipproċessar u għall-oġġetti tal-ikel li fil-preparazzjoni tagħhom intużaw għajnuniet għall-ipproċessar ġejjin minn Stati Membri oħra fejn huma legalment iffabbrikati u/jew ikkummerċjalizzati, sistema ta’ awtorizzazzjoni preliminari li ma tirrispettax il-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 28 KE.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 285, 08.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy