28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-334/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Rifjut li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Unjoni riżorsi proprji li jikkorrispondu għal ċerti awtorizzazzjonijiet doganali illegali - Forza maġġuri - Aġir frawdolenti tal-awtoritajiet doganali - Responsabbiltà tal-Istati Membri - Regolarità tad-dħul tal-intitolamenti stabbiliti f’kont separat)
2010/C 234/07
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u A. Caeiros, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, G. Albenzio, avvocato dello Stato)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 10 KE, tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom, tad-29 ta’ Settembru 2000, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 200) u tal-Artikoli 2, 6, 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169) — Rifjut li r-riżorsi proprji li jikkorrispondu għal ċerti awtorizzazzjonijiet doganali illegali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Komunitajiet
Dispożittiv
(1)
Billi rrifjutat li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ir-riżorsi proprji li jikkorrispondu għad-dejn doganali li jirriżulta mill-għoti irregolari, mid-Direzione Compartimentale delle Dogane per le Regioni Puglia e Basilicata, li għandha s-sede tagħha f’Bari, fis-27 ta’ Frar 1997, ta’ awtorizzazzjonijiet għall-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ mħażen doganali tat-Tip C f’Taranto, segwiti minn awtorizzazzjonijiet ulterjuri għall-ipproċessar taħt superviżjoni doganali u għall-applikazzjoni tal-proċedura tal-ipproċessar għad-dħul, sar-revoka tagħhom fl-4 ta’ Diċembru 2002, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom, tad-29 ta’ Settembru 2000, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej, u taħt l-Artikoli 2, 6, 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy