1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Transports Schioccet — Excursions SARL vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-335/08 P) (1)
(Appell - Rikors għad-danni - Regolamenti (KEE) Nri 517/72 u 684/92 - Trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank - Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Terminu ta’ preskrizzjoni)
2009/C 180/35
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Transports Schioccet — Excursions SARL (rappreżentant: D. Schönberger, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-F. Pasquier u N. Yerrell, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Mejju 2008, Transport Schiocchet — Excursions vs Il-Kummissjoni (T-220/07) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli, minħabba preskrizzjoni, ir-rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali ppreżentat mill-appellanti u intiż sabiex jikseb kumpens għad-dannu li hija sofriet minħabba diversi illegalitajiet li huma ħatja għalihom l-istituzzjonijiet Komunitarji — Kundizzjonijiet għall-preżentata ta’ rikors għad-danni — Kunċetti ta’ servizz regolari u ta’ servizz regolari speċjali fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 517/72 tat-28 ta’ Frar 1972 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għas-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali mwettqa bil-coach u bix-xarabank bejn l-Istati Membri (ĠU L 67, p. 19) imħassar u sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta’ Marzu 1992 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (ĠU L 74, p. 1).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Transports Schiocchet — Excursions SARL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 285, 8.11.2008
Full & Egal Universal Law Academy