19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-House of Lords — Ir-Renju Unit) — The Queen, M e.a. vs Her Majesty's Treasury
(Kawża C-340/08) (1)
(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Artikolu 2(2) - Projbizzjoni ta’ tqegħid ta’ fondi għad-dispożizzjoni tal-persuni elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament - Portata - Benefiċċji ta’ sigurtà soċjali jew ta’ assistenza mogħtija lill-konjuġi ta’ persuna elenkati fl-imsemmi Anness I”)
2010/C 161/08
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
House of Lords
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, M e.a.
Konvenuta: Her Majesty's Treasury
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — House of Lords — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol 1, p. 294) — Portata tal-projbizzjoni li riżorsi ekonomiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persuni elenkati fl-Anness I — Benefiċċji ta’ sigurtà soċjali jew ta’ assistenza soċjali mogħtija mill-Istat lill-konjuġi ta’ tali persuna
Dispożittiv
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Ai-Qaida u t-Taliban, u li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerta merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi il-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003, tas-27 ta’ Marzu 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal benefiċċji ta’ sigurtà soċjali jew ta’ assistenza mħallsa mill-Istat lil konjuġi ta’ persuna nominata mill-kumitat maħluq skont il-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1267 (1999) u elenkata fl-Anness I tal-imsemmi regolament, kif emendat, għar-raġuni biss li din il-konjuġi tgħix ma’ din il-persuna nominata u li hija ser tuża jew tista’ tagħmel użu minn dawn il-benefiċċji għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi li din il-persuna nominata tikkonsma jew li minnhom hija wkoll tieħu benefiċċju.
(1) ĠU C 260, 11.10.2008
Full & Egal Universal Law Academy