16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-342/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/82/KE - Artikolu 11(1)(c) - Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjani ta’ emerġenza esterni - Traspożizzjoni mhux kompluta)
2009/C 113/26
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u A. Sipos, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: T. Materne, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjani ta’ emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU L 10, p. 13).
Dispożittiv
1)
Peress li ma żgurax it-tfassil ta’ pjan ta’ emerġenza estern għall-istabbilimenti kollha msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 285, 8.11.2008
Full & Egal Universal Law Academy