19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-346/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/80/KE - Tniġġis u inkonvenjenzi - Impjanti tal-kombustjoni - Limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja - Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva għaċ-ċentrali elettrika ta’ Lynemouth (ir-Renju Unit))
2010/C 161/09
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenuti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Seeboruth u D. Wyatt, QC)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur, f’dak li jikkonċerna ċ-ċentrali elettrika f’Lynemouth, Northumberland, tad-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 299) — Nuqqas ta’ tnaqqis b’mod sinjifikattiv tal-emissjonijiet tal-imsemmija ċentrali elettrika fit-terminu previst fl-Artikolu 4(3) tad-direttiva
Dispożittiv
(1)
Billi ma żgurax l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni, taċ-ċentrali elettrika operata minn Rio Tinto Alcan Smelting and Power (UK) Ltd f’Lynemouth, fil-grigal tal-Ingilterra, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 11.10.2008
Full & Egal Universal Law Academy