3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden) — Modehuis A. Zwijnenburg BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-352/08) (1)
(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Direttiva 90/434/KEE - Sistema komuni ta’ tassazzjoni li tapplika għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta’ attiv u skambji ta’ ishma li jirrigwardaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti - Artikolu 11(1)(a) - Applikabbiltà għal taxxa fuq it-trasferimenti)
2010/C 179/06
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Modehuis A. Zwijnenburg BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet [mergers], id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142) — Kunċett ta’ frodi jew ta’ evażjoni tat-taxxa — Operazzjoni intiża sabiex tiġi evitata taxxa nazzjonali, li mhijiex suġġetta għall-projbizzjoni ta’ tassazzjoni stabbilita mid-Direttiva
Dispożittiv
L-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet [mergers], id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trattamenti preferenzjali stabbiliti minnha ma jistgħux jiġu rrifjutati lill-persuna taxxabbli li jkollha l-intenzjoni li, permezz ta’ operazzjoni legali li tinkludi merger ta’ negozju, tevita l-impożizzjoni ta’ taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri t-taxxa fuq it-trasferimenti, peress li din it-taxxa ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 285, 08.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy