13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Jannar 2010 — Internationaler Hilfsfonds eV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-362/08 P) (1)
(Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rikors għal annullament - Kunċett ta’ “att li jista’ jiġi kkontestat” fis-sens tal-Artikolu 230 KE)
2010/C 63/14
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Internationaler Hilfsfonds eV (rappreżentanti: H. Kaltenecker u R. Karpenstein, Rechtsanwälte)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira, S. Fries u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2008, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-141/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors li għandu bħala suġġett talba għal annullament tal-allegata deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Frar 2005, li tirrifjuta lill-appellanti l-aċċess għal ċerti dokumenti tal-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 bil-għan tal-kofinanzjament ta’ programm ta’ għajnuna medika organizzata fil-Kazakastan — Inammissibbiltà ta’ rikors għal annullament kontra att purament konfermattiv ta’ deċiżjoni preċedenti mhux ikkontestata fit-termini stabbiliti — Klassifikazzjoni żbaljata tal-att ikkontestat — Inammissibbiltà ta’ rikors għal annullament kontra att li jikkostitwixxi risposta inizjali, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 — Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-5 ta’ Ġunju 2008, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-141/05), hija annullata.
(2)
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej hija miċħuda.
(3)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar it-talbiet ta’ Internationaler Hilfsfonds eV intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-14 ta’ Frar 2005, li tirrifjutalha l-aċċess għal ċerti dokumenti miżmuma minn din tal-aħħar.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din l-istanza u kif ukoll għal dawk tal-ewwel istanza marbuta mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.
(5)
Fir-rigward tal-kumplament l-ispejjeż huma riżervati.
(1) ĠU C 272, 25.10.2008
Full & Egal Universal Law Academy