3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-20 ta' Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Agrana Zucker GmbH vs Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft
(Kawża C-365/08) (1)
(Zokkor - Regolament (KE) Nru 318/2006 - Artikolu 16 - Kalkolu tal-ammont tat-taxxa fuq il-produzzjoni - Inklużjoni tal-kwantità ta’ zokkor suġġett għal kwota li ġiet irtirata mis-suq fil-bażi tat-taxxa - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni)
2010/C 179/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agrana Zucker GmbH
Konvenuta: Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 34 tat-Trattat KE, u b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, kif ukoll tal-prinċipji tal-aspettativi leġittimi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni u validità tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 58, p. 1) — Inklużjoni, għall-kalkolu tal-ammont tat-taxxa fuq il-produzzjoni tal-parti mill-kwota li kienet is-suġġett tal-irtirar preventiv skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 290/2007 tas-16 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi, għas-sena tas-suq 2007/2008, il-perċentwali msemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 78, p. 20)
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwantità ta’ zokkor suġġett għal kwota rtirata mis-suq skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-regolament u l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 290/2007 tas-16 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi, għas-sena tas-suq 2007/2008, il-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 hija inkluża fil-bażi tat-taxxa fuq il-produzzjoni.
(2)
L-eżami tat-tieni domanda ma rrileva l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 318/2006.
(1) ĠU C 285, 08.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy