4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-368/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/35/KE - Rimedju għal danni ambjentali - Prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”)
2009/C 153/31
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u I. Dimitriou, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: N. Dafniou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali
Dispożittiv
1)
Billi m’adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad- Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 19(1) tal-imsemmija direttiva.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 247, 27.9.2008
Full & Egal Universal Law Academy