14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Treviso — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Luigi Pontini, Emanuele Rech, Dino Bonora, Giovanni Forato, Laura Forato, Adele Adami, Sinergie sas di Rech & C., Impresa individuale Forato Giovanni, Forato srl, Giglio srl, Impresa individuale Rech Emanuele, Ivo Colomberotto, Agenzia Veneta per i pagamenti in agricoltura — AVEPA, Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Agrirocca di Rech Emanuele, Asolat di Rech Emanuele & C.
(Kawża C-375/08) (1)
(Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Regolament (KE) Nru 1254/1999 - Għajnuna finanzjarja Komunitarja relatata mal-primjums speċjali għall-annimali tal-ifrat ta’ sess maskili u dwar il-ħlas dwar l-estensifikazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Kalkolu tad-densità tal-annimali miżmuma fuq l-impriża - Kunċett ta’ ‘żona tal-mergħa disponibbli’ - Regolamenti (KEE) Nru 3887/92 u (KE) Nru 2419/2001 - Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna Komunitarja - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għall-produzzjoni ta’ titolu legali validu li jiġġustifika l-użu taż-żoni tal-mergħa użati)
2010/C 221/06
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Treviso
Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali
Luigi Pontini, Emanuele Rech, Dino Bonora, Giovanni Forato, Laura Forato, Adele Adami, Sinergie sas di Rech C., Impresa individuale Forato Giovanni, Forato srl, Giglio srl, Impresa individuale Rech Emanuele, Ivo Colomberotto, Agenzia Veneta per i pagamenti in agricoltura — AVEPA, Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Agrirocca di Rech Emanuele, Asolat di Rech Emanuele C.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Treviso — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 339) — Kunċett ta’ “żona tal-mergħa” — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta, fin-nuqqas ta’ titolu ta’ prorprjetà, l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-produzzjoni ta’ titolu legali fis-seħħ li jiġġustifika l-użu taż-żoni tal-mergħa użati.
Dispożittiv
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja, u b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella, ma tikkondizzjonax l-eliġibbiltà ta’ applikazzjoni għal primjums speċjali għall-annimali tal-ifrat ta’ sess maskili u għal ħlas għall-estensifikazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ titolu legali validu li jiġġustifika d dritt tal-applikant għall-għajnuna li juża ż-żoni tal-mergħa li huma s suġġett ta’ din l-applikazzjoni. Madankollu, il-leġiżlazzjoni Komunitarja ma tipprekludix l-Istati Membri milli jimponu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom obbligu li jiġi ppreżentat tali titolu bil-kundizzjoni li jiġu rrispettati l-għanijiet intiżi mil-leġiżlazzjoni Komunitarja u l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008
Full & Egal Universal Law Academy