27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja) — Serrantoni Srl, Consorzio stabile edili scrl vs Comune di Milano
(Kawża C-376/08) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 2004/18/KE - Artikoli 43 KE u 49 KE - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Konsorzji ta’ impriżi - Projbizzjoni għall-“consorzio stabile” (konsorzju stabbli) u għall-kumpannija li tifforma parti minnu, milli jipparteċipaw fl-istess kuntratt, b’mod kompetittiv”)
2010/C 51/13
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Serrantoni Srl, Consorzio stabile edili scrl
Konvenuta: Comune di Milano
Fil-preżenza ta’: Bora Srl Costruzioni edili, Unione consorzi stabili Italia (UCSI), Associazione nazionale imprese edili (ANIEM)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Interpretazzjoni tal-Artikoli 39 KE, 43 KE, 49 KE u 81 KE u tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 06, Vol. 07 p. 132) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-esklużjoni awtomatika ta’ impriżi li huma parti minn konsorzju ta’ operaturi ekonomiċi, fil-każ ta’ parteċipazzjoni għall-proċedura ta’ dan tal-aħħar.
Dispożittiv
Id-dritt Komunitarju għandu jiġi interpretat fis-sens illi dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi, fil-każ ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku li l-ammont tiegħu ma jilħaqx il-livell stabbilit mill-Artikolu 7(1)(c) tad-Direttiva 2004/18, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], iżda li għandu interess transkonfinali ċert, l-esklużjoni awtomatika mill-parteċipazzjoni f’din il-proċedura u li timponi sanzjonijiet penali fuq kemm il-konsorzju stabbli kif ukoll l-impriżi li jifformaw parti minnu, meta dawn tal-aħħar ikunu ppreżentaw offerti kompetittivi minn dawk tal-konsorzju fil-kuntest tal-istess proċedura, u minkejja l-fatt illi l-offerta tal-imsemmi konsorzju ma saritx f’isem u fl-interess ta’ dawn l-impriżi.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008
Full & Egal Universal Law Academy