1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia — l-Italja) — Raffinerie Mediterranee SpA (ERG) (C-379/08), Polimeri Europa SpA, Syndial SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Vice Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d’Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Invitalia (Agenzia nazionale per l’attrazione degli investimenti e lo sviluppo d’impresa SpA), li kienet Sviluppo Italia SpA, ENI SpA (C-380/08) vs Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico, Ministero della Salute, Regione siciliana, Istituto superiore di Sanità, Agenzia per la Protezione dell’Ambiente e per i Servizi tecnici, Commissario delegato per l’Emergenza rifiuti e la Tutela delle Acque
(Kawżi magħquda C-379/08 u C-380/08) (1)
(Prinċipju ta’ min iniġġes għandu jħallas - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Applikabbiltà ratione temporis - Tniġġis li seħħ qabel id-data stabbilita għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva u li tkompla wara din id-data - Miżuri ta’ rimedju - Obbligu ta’ konsultazzjoni tal-impriżi kkonċernati - Anness II)
2010/C 113/13
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raffinerie Mediterranee SpA (ERG), Polimeri Europa SpA, Syndial SpA (C-379/08), ENI SpA (C-380/08)
Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Vice Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d’Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Invitalia (Agenzia nazionale per l’attrazione degli investimenti e lo sviluppo d’impresa SpA), li kienet Sviluppo Italia SpA,
fil-preżenza ta’: ENI Divisione Exploration and Production SpA, ENI SpA, Edison SPA (C-379/08), Invitalia (Agenzia nazionale per l’attrazione degli investimenti e lo sviluppo d’impresa) SpA, li kienet Sviluppo Italia SpA (C-380/08)
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia — Interprertazzjoni tal-Artikolu 7 u tal-Anness II tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 357) — Miżuri ta’ rimedju — Interventi fuq xogħlijiet għall-ambjenet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-amministrazzjoni s-setgħa li tordna, mingħajr evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sit, biss interventi addizzjonali għal dawk li ġew deċiżi inizjalment wara investigazzjoni kontradittorja xierqa, li diġà ġew approvati, implementati u li qegħdin jitwettqu — Sit ta’ interess nazzjonali ta’ Priolo
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 7 u 11(4) tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, moqrija flimkien mal-Anness II ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità kompetenti għandha s-setgħa li tbiddel b’mod sostanzjali miżuri ta’ rimedju għad-danni ambjentali li jkunu ġew deċiżi wara proċedura kontradittorja li saret b’kooperazzjoni mal-operaturi kkonċernati u li diġà twettqu jew bdew jitwettqu. Madankollu, sabiex tadotta deċiżjoni bħal din:
—
din l-awtorità hija obbligata li tisma’ lill-operaturi li fuqhom ġew imposti tali miżuri, ħlief meta l-urġenza tas sitwazzjoni ambjentali titlob azzjoni immedjata tal-awtorità kompetenti;
—
l-imsemmija awtorità hija wkoll obbligata li ssejjaħ il-persuni li tagħhom hija l-art li fuqha għandhom jitwettqu dawn il-miżuri sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, u li teħodhom inkunsiderazzjoni, u
—
din l-awtorità għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-kriterji elenkati fil-punt 1.3.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2004/35 u tindika fid-deċiżjoni tagħha r-raġunijiet li jimmotivaw l-għażla tagħha kif ukoll, jekk ikun il-każ, ir-raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw il-fatt li ma kellux għalfejn isir jew ma setax isir eżami ddettaljat fid-dawl tal-imsemmija kriterji minħabba, pereżempju, l-urġenza tas-sitwazzjoni ambjentali.
(2)
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-Direttiva 2004/35 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtorità kompetenti li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt li l-operaturi kkonċernati minn miżuri ta’ rimedju ambjentali għandhom li jużaw l-artijiet tagħhom għall-kundizzjoni li huma jwettqu x-xogħlijiet rikjesti minnha, u dan anki fil-każ fejn l-imsemmija artijiet ma jkunux affettwati minn dawn il-miżuri minħabba l-fatt li huma diġà kienu s-suġġett ta’ miżuri preċedenti ta’ “risanament” jew li qatt ma kienu mniġġsa. Madankollu, tali miżura għandha tkun iġġustifikata mill-għan li jiġi evitat li s-sitwazzjoni ambjentali tal-post fejn il-miżuri jiġu implementati tmur għall-agħar, jew, skont il-prinċipju ta’ prekawzjoni, mill-għan tal-prevenzjoni tal-okkorrenza jew ir-rikorrenza ta’ danni ambjentali oħra fl-imsemmija artijiet tal operaturi, li jmissu mal-kosta kollha tal-baħar li hija s-suġġett ta’ dawn il-miżuri ta’ rimedju.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy