12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — l-Awstrija) — Michael Neukirchinger vs Bezirkshauptmannschaft Grieskirchen
(Kawża C-382/08) (1)
(Trasport bl-ajru - Liċenzja għall-organizzazzjoni ta’ titjiriet kummerċjali bil-mongolfjera - Artikolu 12 KE - Kundizzjoni ta’ residenza jew ta’ uffiċċju rreġistrat - Miżuri amministrattivi)
2011/C 80/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Michael Neukirchinger
Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Grieskirchen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 et seq tat-Trattat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali amministrattivi, l-organizzazzjoni ta’ titjiriet kummerċjali bil-mongolfjera fin-nuqqas ta’ liċenzja nazzjonali, liċenzja li l-għoti tagħha hija suġġetta għall-kundizzjoni ta’ residenza jew uffiċċju rreġistrat fit-territorju nazzjonali.
Dispożittiv
L-Artikolu 12 KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-organizzazzjoni ta’ titjiriet bil-mongolfjera f’dan l-Istat Membru u taħt piena ta’ miżuri amministrattivi f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ din il-liġi,
—
teżiġi persuna residenti jew stabbilita fi Stat Membru ieħor, li hija proprjetarja f’dan it-tieni Stat Membru ta’ liċenzja għall-organizzazzjoni ta’ titjiriet kummerċjali fil-mongolfjera, li għandha residenza jew uffiċċju rreġistrat fl-ewwel Stat Membru u
—
tobbliga lil din l-istess persuna li tikseb liċenzja ġdida mingħajr ma jittieħed il-kont dovut tal-fatt li l-kundizzjonijiet għall-għoti huma, essenzjalment, l-istess bħal dawk għal-liċenzja li diġà ngħatatilha fit-tieni Stat Membru.
(1) ĠU C 285, 08.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy