1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Attanasio Group Srl vs Comune di Carbognano
(Kawża C-384/08) (1)
(Artikoli 43 KE u 48 KE - Leġiżlazzjoni reġjonali li tistabbilixxi distanzi minimi obbligatorji bejn il-faċilitajiet fit-toroq għad-distribuzzjoni ta’ karburant - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Restrizzjoni)
2010/C 113/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Attanasio Group Srl
Konvenut: Comune di Carbognano
Fil-presenza ta’: Felgas Petroli Srl
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio -Kompatibbiltà mal-Artikoli 43, 48, 49 u 56 KE u mal-prinċipji Komunitarji ta’ kompetizzjoni ekonomika u ta’ nondiskriminazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi distanzi minimi obbligatorji bejn il-faċilitajiet fit-toroq għad-distribuzzjoni ta’ karburant
Dispożittiv
L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi distanzi minimi obbligatorji bejn il-faċilitajiet fit-toroq għad-distribuzzjoni ta’ karburanti tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment stabbilita fit-Trattat KE. F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, din ir-restrizzjoni ma jidhirx li hija ta’ natura tali li tista’ tiġi ġġustifikata minħabba l-għanijiet ta’ sigurtà fit-toroq, ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, kif ukoll ta’ razzjonalizzazzjoni tas-servizz mogħti lill utenti, ħaġa din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008
Full & Egal Universal Law Academy