4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-390/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Deċiżjoni Nru 280/2004/KE - Implementazzjoni tal-Protokoll ta’ Kyoto - Miżuri nazzjonali intiżi sabiex jillimitaw u/jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass serra - Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni rikjesta)
2009/C 153/32
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u J.-P. Keppenne, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jikkomunika, fit-terminu previst, l-informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ [ta]l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (ĠU L 49, p. 1.), moqri flimkien mal-Artikoli 8, 9, 10 u 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 166/2005/KE, tal-10 ta’ Frar 2005, li tistabbilixxi r-regoli ta’ implementazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 55, p. 57) — Informazzjoni dwar miri nazzjonali li jirrigwardaw l-emissjonijiet ta’ gass serra u miżuri adottati sabiex jillimitaw u/jew inaqqsu tali emissjonijiet
Dispożittiv
1)
Billi ma pprovdiex l-informazzjoni rikjesta għall-15 ta’ Marzu 2007, skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ [ta]l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto, moqri flimkien mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/166/KE tal-10 ta’ Frar 2005 li tistabbilixxi r-regoli ta’ implementazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 285, 8.11.2008
Full & Egal Universal Law Academy