28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (l-Italja)) — Emanuela Sbarigia vs Azienda USL RM/A,Comune di Roma, Assiprofar — Associazione Sindacale Proprietari Farmacia, Ordine dei Farmacisti della Provincia di Roma
(Kawża C-393/08) (1)
(Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-ħinijiet ta’ ftuħ u l-ġranet ta’ għeluq tal-ispiżeriji - Eżenzjoni - Setgħa deċiżjonali tal-awtoritajiet kompetenti)
2010/C 234/08
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Emanuela Sbarigia
Konvenuti: Azienda USL RM/A, Comune di Roma, Assiprofar — Associazione Sindacale Proprietari Farmacia, Ordine dei Farmacisti della Provincia di Roma
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49, 81 sa 86, 152 u 153 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-ħinijiet u l-perijodi ta’ għeluq tal-ispiżeriji — Projbizzjoni milli ma jkunx applikat il-perijodu ta’ għeluq annwali u milli jiġi estiż il-limitu massimu tas-sigħat tal-ftuħ previst
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio, permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Mejju 2008, hija inammissibbli.
(1) ĠU C 285, 08.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy