13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 — Audi AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-398/08 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 7(1)(b) u 63 - Trade mark verbali Vorsprung durch Technik - Trade marks li jikkonsistu fi slogans ta’ reklamar - Karattru distintiv - Applikazzjoni għal trade mark għal numru ta’ prodotti u servizzi - Pubbliku rilevanti - Evalwazzjoni u motivazzjoni globali - Dokumenti ġodda)
2010/C 63/15
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Audi AG (rappreżentanti: S. O. Gillert u F. Schiwek, Rechtsanwälte)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008, fil-Kawża T-70/06, Audi vs UASI, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Diċembru 2005, li tiċħad parzjalment l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “VORSPRUNG DURCH TECHNIK” fir-rigward ta’ prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 14, 25, 28, 37 sa 40 u 42 — Trade marks ikkostitwiti minn slogans pubbliċitarji — Karattru distintiv — Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi — Motivazzjoni insuffiċjenti fir-rigward tad-determinazzjoni tal-pubbliku li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-motivi ppreżentati għall-ewwel darba fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tad-9 ta’ Lulju 2008, Audi vs UASI (Vorsprung durch Technik) (T-70/06), hija annullata inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej iddeċidiet li t-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) ma kienx kiser l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3288/94, tat-22 ta’ Diċembru 1994, meta adotta d-deċiżjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2005 (Każ R 237/2005-2).
(2)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta’ Diċembru 2005 (Każ R 237/2005-2), hija annullata inkwantu din ċaħdet parzjalment, abbażi tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3288/94, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Vorsprung durch Technik.
(3)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy