23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Deutsche Post AG, Bundesverband Internationaler Express- und Kurierdienste eV, UPS Europe NV/SA, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-399/08 P) (1)
(Appell - Artikolu 87 KE - Għajnuna mogħtija mill-Istati Membri - Miżuri meħuda mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur Deutsche Post AG - Artikolu 86 KE - Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kumpens ta’ spejjeż addizzjonali ġġenerati minn politika ta’ bejgħ b’telf fis-settur tas-servizzi ta’ pakketti bieb bieb - Eżistenza ta’ vantaġġ - Metodu ta’ verifika użat mill-Kummissjoni - Oneru tal-prova - Artikolu 230 KE - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti Ġenerali)
2010/C 288/15
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz, J. Flett u B. Martenczuk, aġenti)
Appellati: Deutsche Post AG (rappreżentant: J. Sedemund, avukat), Bundesverband Internationaler Express- und Kurierdienste eV (rappreżentant: R. Wojtek, avukat), UPS Europe NV/SA (rappreżentant: E. Henny, avukat), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla Estiza), tal-1 ta’ Lulju 2008, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (T-266/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/753/KE, tad-19 ta’ Ġunju 2002, rigward miżuri adottati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur Deutsche Post AG (ĠU L 247, p. 27) li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kumpens ta’ spejjeż addizzjonali kkawżati minn politika ta’ bejgħ b’telf fis-settur tat-trasport ta’ pakketti bieb bieb — Ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 86, tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 87 KE, tal-Artikolu 230 KE, kif ukoll tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja — Annullament mingħajr konstatazzjoni ta’ żball konkret fl-argument tal-Kummissjoni li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata — Nuqqas ta’ motivazzjoni rigward l-allegata illegalità tal-metodu applikat mill-Kummissjoni sabiex tikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna illegali
Dispożittiv
(1)
L-appell prinċipali u l-appelli inċidentali huma miċħuda.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll għal dawk sostnuti minn Deutsche Post AG fil-kuntest tal-appell prinċipali.
(3)
Il-Bundesverband Internationaler Express- und Kurierdienste eV u UPS Europe SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-appell prinċipali.
(4)
Deutsche Post AG, il-Bundesverband Internationaler Express- und Kurierdienste eV u UPS Europe SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-appelli inċidentali.
(5)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008
Full & Egal Universal Law Academy