27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal Bertram Holst vs Dansk Arbejdsgiverforening, li qed taġixxi għal Babcock & Wilcox Vølund ApS
(Kawża C-405/08) (1)
(Politika soċjali - Informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema - Direttiva 2002/14/KE - Traspożizzjoni tad-Direttiva permezz ta’ liġi minflok ta’ ftehim kollettiv - Effetti tal-ftehim kollettiv fir-rigward ta’ ħaddiem li mhuwiex membru tal-organizzazzjoni sindakali firmatarja tal-imsemmi ftehim - Artikolu 7 - Protezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema - Ħtieġa ta’ livell għoli ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol - Assenza)
2010/C 80/04
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal Bertram Holst
Konvenuta: Dansk Arbejdsgiverforening, li qed taġixxi għal Babcock & Wilcox Vølund ApS
Suġġett
Talba għal-deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati (ħaddiema) fil-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219) — Traspożizzjoni tad-Direttiva permezz ta’ ftehim kollettiv — Effetti tal-ftehim kollettiv fil-konfront ta’ ħaddiem li mhuwiex membru tal-organizzazzjoni sindakali li kkonkludiet il-ftehim imsemmi — Liġi ta’ traspożizzjoni li ma tinkludix, għal gruppi ta’ ħaddiema mhux koperti mill-ftehim kollettiv, livell għoli ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol meta mqabbla mal-protezzjoni diġà eżistenti
Dispożittiv
(1)
Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati [ħaddiema] fil-Komunità Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix traspożizzjoni ta’ din id-direttiva permezz ta’ ftehim li jwassal sabiex kategorija ta’ ħaddiema tkun koperta mill-ftehim kollettiv inkwistjoni, minkejja li l-ħaddiema li jaqgħu f’din il-kategorija mhumiex membri tal-organizzazzjoni sindakali firmatarja ta’ dan l-imsemmi ftehim u li s-settur tax-xogħol tagħhom mhuwiex irrappreżentat minn l-imsemmija organizzazzjoni, sakemm il-ftehim kollettiv huwa tali li jiggarantixxi lill-ħaddiema li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tiegħu, protezzjoni effettiva tad-drittijiet li tagħtihom din l-istess direttiva.
(2)
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/14 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeħtieġx jingħata livell għoli ta’ protezzjoni, kontra t-tkeċċija mix-xogħol, lir-rappreżentanti tal-ħaddiema. Madankollu, kull miżura meħuda għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, kemm jekk prevista minn liġi jew minn ftehim kollettiv, għandha tosserva l-protezzjoni minima pprovduta mill-imsemmi Artikolu 7.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy