28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Knauf Gips KG, li kienet Gebr. Knauf Westdeutsche Gipswerke KG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-407/08 P) (1)
(Appell - Akkordji - Folji tal-ġibs - Aċċess għall-fajl - Provi inkriminanti u provi li jiskaġunaw - Kunċett ta’ ‘impriża’ - Unità ekonomika - Kumpannija responsabbli għall-azzjoni tal-unità ekonomika - Argument imqajjem għall-ewwel darba matul il-proċedura ġudizzjarja)
2010/C 234/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Knauf Gips KG, li kienet Gebr. Knauf Westdeutsche Gipswerke KG (rappreżentanti: M. Klusmann u S. Thomas, avukati)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Lulju 2008, Knauf Gips vs Il-Kummissjoni (T-52/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors li kellu bħala għan talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta’ Novembru 2002, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE fil-konfront ta’ BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Każ COMP/E-1/37.152 — Folji tal-ġibs) (ĠU L 166, p. 8), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti — Akkordju fis-suq tal-folji tal-ġibs — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża fil-proċedura amministrattiva — Ksur tal-prinċipju in dubio pro reo — Teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-multa, tad-dħul mill-bejgħ ta’ impriżi oħrajn li ma jifformawx entità ekonomika mal-appellanti
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta’ Lulju 2008, Knauf Gips vs Il-Kummissjoni (T-52/03) hija annullata sa fejn timputa lil Knauf Gips KG ir-responsabbiltà tal-ksur imwettaq mill-kumpanniji li jikkostitwixxu l-grupp Knauf.
(2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
(3)
Ir-rikors ta’ Knauf Gips KG intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta’ Novembru 2002, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE, kontra BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Każ COMP/E-1/37.152 — Folji tal ġibs) huwa miċħud.
(4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-istanza preżenti u Knauf Gips KG għandha tbati l-ispejjeż kollha marbuta mal-ewwel istanza.
(1) ĠU C 313, 06.12.2008
Full & Egal Universal Law Academy