17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 — Lancôme parfums et beauté & Cie SNC vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), CMS Hasche Sigle
(Kawża C-408/08 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 55(1)(a), u 7(1)(ċ) - Interess ġuridiku sabiex titressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ trade mark ibbażata fuq raġuni assoluta ta’ invalidità - Ditta ta’ avukati - Sinjal verbali “COLOR EDITION” - Karattru deskrittiv ta’ trade mark verbali li jikkonsisti f’elementi deskrittivi)
2010/C 100/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Lancôme parfums et beauté & Cie SNC [rappreżentant: A. von Mühlendahl, Rechtsanwalt]
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), CMS Hasche Sigle
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2008, Lancôme vs UASI u CMS Hasche Sigle (T-160/07), li permezz tagħha il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors imressaq mill-appellanti kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Frar 2007, li tannulla r-reġistrazzjoni tat-trade mark COLOR EDITION għall-prodotti kożmetiċi u tal-make-up — Ksur tal-Artikoli 7(1)(ċ) u 55(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1 p. 146) — Interess ġuridiku sabiex titressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ trade mark — Ditta ta’ avukati — Nuqqas ta’ interess ekonomiku proprju sabiex jintalab l-annullament ta’ trade mark ta’ kożmetiċi — Differenza sinjifikattiva bejn l-assoċjazzjoni kkreata mill-kliem propost għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark u l-lingwa normali tal-pubbliku mmirat sabiex jiġu deskritti l-prodotti jew is-servizzi inkwistjoni jew il-karatteristiċi essenzjali tagħhom
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Lancôme parfums et beauté & Cie SNC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 10.1.2009
Full & Egal Universal Law Academy