22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Sviluppo Italia Basilicata SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-414/08 P) (1)
(“Appell - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Sussidju ġenerali għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenn favur l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju - Data limitu għall-implementazzjoni tal-investimenti - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni”)
2010/C 134/07
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Sviluppo Italia basilicata SpA (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, aġent, A. dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Lulju 2008, Sviluppo Italia Basilicata vs Il-Kummissjoni (T-176/06), li permezz tagħha l-imsemmija qorti ċaħdet, minn naħa, it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1706, tal-20 ta’ April 2006, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali mogħtija għas-sussidji globali għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenn favur impriżi żgħar u medji li joperaw fir-Reġjun ta’ Basilicata fl-Italja, fil-kuntest tal-qafas ta’ appoġġ Komunitarju għall-għajnuna strutturali fir-reġjuni tal-Italja skont l-Oġġettiv Nru 1, u min-naħa l-oħra, it-talba għal kumpens għad-danni li allegatament ġew ikkawżati minn din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Sviluppo Italia Basilicata SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy