22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 — Trubowest Handel GmbH, Viktor Makarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-419/08) (1)
(Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 2320/97 li jimponi taxxi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet seamless - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu - Rabta kawżali)
2010/C 134/08
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Trubowest Handel GmbH (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, E. Petritsi, dikigoroi), Viktor Makarov (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, E. Petritsi, dikigoroi)
Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hix, aġent, G. Berrisch u G. Wolf, Rechtsanwälte), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u H. van Vliet, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008, Trubowest Handel GmbH u Makarov vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-429/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għad-danni allegatament imġarrba mill-appellanti wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97, tas-17 ta’ Novembru 1997, li jimponi taxxi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 26, p. 329-352).
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Trubowest Handel GmbH u Makarov huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 285, 8.11.2008
Full & Egal Universal Law Academy