1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/22
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-422/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 180/37
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u B. Schöfer, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: E. Riedl, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, p. 56).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008
Full & Egal Universal Law Academy