14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-423/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji - Proċeduri intiżi għall-ġbir tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tat-termini għall-inklużjoni tar-riżorsi proprji - Dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji marbuta ma’ dawn id-dazji)
2010/C 221/08
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u A. Caeiros, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, G. Albenzio u F. Arena, avvocati dello Stato)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom), tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom, dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU L 155, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169), kif ukoll tal-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/93, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji tal-Kominitajiet fil-każ ta’ rkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni
Dispożittiv
(1)
Billi ma osservatx it-termini għall-inklużjoni tar-riżorsi proprji Komunitarji fil-każ ta’ rkupru a posteriori u minħabba dewmien fil-ħlas tal-imsemmija riżorsi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 6 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1552/89 (KEE, Euratom), tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE Euratom, dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, u l-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, kif ukoll taħt l-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 313, 06.12.2008
Full & Egal Universal Law Academy