1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/23
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-427/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/100/KE - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 180/38
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u I. Chatzigiannis, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: M. Michelogiannaki, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam ta’ moviment ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 363, p. 141)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta’ moviment ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-Repubblika Ellenika naqset li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 285, 8.11.2008
Full & Egal Universal Law Academy