13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-VAT and Duties Tribunal, Edinburgh, u tal-VAT and Duties Tribunal, L-Irlanda ta’ Fuq — Ir-Renju Unit — Terex Equipment Ltd (C-430/08), FG Wilson (Engineering) Ltd (C-431/08), Caterpillar EPG Ltd (C-431/08) vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawżi magħquda C-430/08 u C-431/08) (1)
(“Regolament (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikoli 78 u 203 - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 865 - Proċedura tal-ipproċessar tad-dħul - Kodiċi ta’ proċedura doganali żbaljat - Meta jiġi inkors dejn doganali - Reviżjoni tad-dikjarazzjoni tad-dwana”)
2010/C 63/17
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
VAT and Duties Tribunal, Edinburgh, u l-VAT and Duties Tribunal, Northern Ireland — Renju-Unit
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Terex Equipment Ltd (C-430/08), FG Wilson (Engineering) Ltd (C-431/08), Caterpillar EPG Ltd (C-431/08)
Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Edinburgh Tribunal Centre — Interpretazzjoni tal-Artikoli 78, 203 u 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 865 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU L 253, p. 1) — Merkanzija introdotta fil-Komunità Ewropea taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul — Użu, bi żball, ta’ kodiċi ta’ proċedura doganali (KPD) żbaljat fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ippreżentati waqt l-esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija barra mill-Komunità li kienu jidentifikaw din il-merkanzija bħala “esportazzjoni permanenti” minflok “esportazzjoni mill-ġdid” — Possibbiltà ta’ reviżjoni tad-dikjarazzjoni sabiex jiġi kkoreġut il-KPD u sabiex tiġi rregolarizzata s-sitwazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-użu, fid-dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tal-kodiċi ta’ proċedura doganali 10 00 li jindika l-esportazzjoni ta’ merkanzija Komunitarja minflok il-kodiċi 31 51 relatat mal-merkanzija li hija suġġetta għal sospensjoni ta’ dazji skont il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul iwassal, skont l-Artikolu 203(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 865, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1677/98, tad-29 ta’ Lulju 1998, sabiex jiġi inkors dejn doganali.
(2)
L-Artikolu 78 tar-Regolament Nru 2913/02 jippermetti li tiġi riveduta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni ta’ merkanzija sabiex jiġi kkorreġut il-kodiċi ta’ proċedura doganali li jkun ingħatalha mid-dikjarant u li l-awtoritajiet doganali huma mitluba, l-ewwel nett, jeżaminaw jekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali kkonċernata ġewx applikati abbażi ta’ elementi ineżatti jew inkompleti u jekk l-għanijiet tal-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul ma ġewx mhedda, b’mod partikolari li l-merkanzija suġġetta għall-imsemmija proċedura doganali effettivament ġiet esportata mill-ġdid u, it-tieni nett, jieħdu, jekk ikun il-każ, il-miżuri neċessarji sabiex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni ġdida disponibbli għalihom.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy