30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Yaesu Europe BV vs Bundeszentralamt für Steuern
(Kawża C-433/08) (1)
(Tmien Direttiva tal-VAT - Arranġamenti għar-rifużjoni tal-VAT lill-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż - Anness A - Applikazzjoni għal rifużjoni - Kunċett ta’ “firma” li jinsab fl-imsemmija applikazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi l-firma tal-persuna taxxabbli stess jew tar-rappreżentant legali tagħha, bl-esklużjoni tal-firma ta’ rappreżentant awtorizzat)
2010/C 24/19
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Yaesu Europe BV
Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazjoni tal-mudell li jinsab fl-Anness A tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill Nru 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79) — Kunċett ta’ “firma” li jinsab fl-aplikazzjoni għal rifużjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi l-firma tal-persuna taxxabbli stess jew tar-rappreżentant legali tagħha, bl-esklużjoni tal-firma ta’ rappreżentant awtorizzat
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “firma” tal-applikazzjoni għal rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmi fil-mudell li jinsab fl-Anness A tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill Nru 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, jikkostitwixxi kunċett tad-dritt Komunitarju li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fis-sens li tali applikazzjoni għal rifużjoni m’għandhiex bilfors tiġi ffirmata mill-persuna taxxabbli stess, iżda, f’dan ir-rigward, il-firma ta’ rappreżentant awtorizzat tista’ tkun suffiċjenti.
(1) ĠU C 313, 06.12.2008
Full & Egal Universal Law Academy