22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — F. Gielen vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-440/08) (1)
(Tassazzjoni diretta - Artikolu 43 KE - Persuna taxxabbli mhux residenti - Imprenditur - Dritt għal tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom - Kriterju tas-sigħat - Diskriminazzjoni bejn il-persuni taxxabbli residenti u dawk li mhumiex residenti - Għażla ta’ assimilazzjoni)
2010/C 134/09
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: F. Gielen
Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag Interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-imprendituri indipendenti d-dritt li jnaqqsu mill-profitt tagħhom ammont stabbilit minn qabel bil-kundizzjoni li jkunu ddedikaw mill-inqas 1 225 siegħa kull sena għall-attivitajiet ta’ impriża — Nuqqas ta’ kunsiderazzjoni, fil-każ biss ta’ persuna taxxabbli mhux residenti, tas-sigħat ta’ attività ddedikati għal impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-għoti ta’ vantaġġ fiskali, bħat-tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha effetti diskriminatorji fir-rigward ta’ persuni taxxabbli mhux residenti, anki jekk dawn il-persuni taxxabbli jistgħu, fir-rigward ta’ dan il-vantaġġ, jagħżlu s-sistema applikabbli għall-persuni taxxabbli residenti.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy