23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Panagiotis I. Karanikolas, Valsamis Daravanis, Georgios Kouvoukliotis, Panagiotis Dolos, Dimitrios Z. Parisis, Konstantinos Emmanouil, Ioannis Anasoglou, Pantelis A. Beis, Dimitrios Chatziandreou, Ioannis Zaragkoulias, Christos I. Tarampatzis, Triantafyllos K. Mavrogiannis, Sotirios Th. Liotakis, Vasileios Karampasis, Dimitrios Melissidis, Ioannis V. Kleovoulos, Dimitrios I. Patsakos, Theodoros Fourvarakis, Dimitrios K. Dimitrakopoulos, Synetairismos Paraktion Alieon Kavalas vs Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon, Nomarchiaki Aftodioikisi Dramas, Kavalas, Xanthisvs
(Kawża C-453/08) (1)
(Politika komuni tas-sajd - Sajd fil-Mediterran - Regolament (KE) Nru 1626/94 - Artikolu 1(2) u (3) - Projbizzjoni tal-użu ta’ ċerti tipi ta’ xbieki tas-sajd - Miżuri supplimentari jew li jmorru lil hinn mill-ħtiġijiet minimi ta’ dan ir-regolament adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament - Kundizzjonijiet ta’ validità)
2010/C 288/16
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Panagiotis I. Karanikolas, Valsamis Daravanis, Georgios Kouvoukliotis, Panagiotis Dolos, Dimitrios Z. Parisis, Konstantinos Emmanouil, Ioannis Anasoglou, Pantelis A. Beis, Dimitrios Chatziandreou, Ioannis Zaragkoulias, Christos I. Tarampatzis, Triantafyllos K. Mavrogiannis, Sotirios Th. Liotakis, Vasileios Karampasis, Dimitrios Melissidis, Ioannis V. Kleovoulos, Dimitrios I. Patsakos, Theodoros Fourvarakis, Dimitrios K. Dimitrakopoulos, Synetairismos Paraktion Alieon Kavalas
Konvenuti: Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon, Nomarchiaki Aftodioikisi Dramas, Kavalas, Xanthis
fil-preżenza ta’: Alieftikos Agrotikos Synetairismos gri-gri nomou Kavalas (MAKEDONIA), Panellinia Enosi Ploioktiton Mesis Alieias (PEPMA)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2), 2(3) u 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1626/94, tas-27 ta’ Ġunju 1994, li jesiġi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd fil-Mediterran — Projbizzjoni tal-użu ta’ ċerti tipi ta’ xbieki tas-sajd — Portata tal-possibbiltà għall-Istati Membri, stabbilita mir-Regolament, li jadottaw miżuri supplementari jew li jmorru lil hinn mill-ħtiġijiet minimi ta’ dan.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1626/94, tas-27 ta’ Ġunju 1994, li jesiġi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd fil-Mediterran kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2550/2000, tas-17 ta’ Novembru 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament ma jaffettwax il-validità ta’ miżura supplimentari nazzjonali ta’ projbizzjoni adottata qabel dan id-dħul fis-seħħ u, min-naħa l-oħra, ma jipprekludix tali miżura kemm-il darba din il-projbizzjoni tkun kompatibbli mal-politika komuni tas-sajd, li tali miżura ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju għat-twettiq tal-għan imfittex u li ma tippreġudikax il-prinċipju tat-trattament ugwali, li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverifikah.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy