27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-455/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE - Kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet - Proċedura ta’ reviżjoni ta’ deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt - Garanzija ta’ reviżjoni effettiva - Terminu minimu li għandu jiġi osservat bejn in-notifika tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt lill-offerenti li ma ntgħażlux u l-firma tal-kuntratt ikkonċernat)
2010/C 51/15
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u M. Konstantinidis, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: D. O’Hagan, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 1(1) u 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (ĠU L 395, p. 33) — Ksur tal-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, p. 14) — Obbligu li tiġi prevista, fid-dritt nazzjonali, proċedura ta’ reviżjoni effettiva u malajr kemm jista’ jkun li tippermetti lil offerent li ma ntgħażilx jikseb l-annullament tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt — Terminu ta’ reviżjoni
Dispożittiv
(1)
Billi adottat l-Artikoli 49 tal-iStatutory Instrument Nru 329 tal-2006 u 51 tal-iStatutory Instrument Nru 50 tal-2007, l-Irlanda stabbiliet ir-regoli li jirregolaw in-notifika għal offerti tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet u entitajiet kontraenti u r-raġunijiet tagħhom lill-offerenti, b’tali mod li, fil-prattika jista’ jimplika li sakemm l-offerenti jiġu informati b’mod sħiħ dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tagħhom, il-perjodu ta’ sospensjoni tal-konklużjoni tal-kuntratt ikun diġà skada, u, għalhekk, dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], u l-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni
(2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 07.02.2009
Full & Egal Universal Law Academy