15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-458/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 49 KE - Settur tal-kostruzzjoni - Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività f’dan is-settur - Ġustifikazzjoni)
2011/C 13/03
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Traversa u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u F. Nunes dos Santos, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Settur tal-kostruzzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività f’dan is-settur
Dispożittiv
(1)
Billi teżiġi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kostruzzjoni stabbiliti fi Stat Membru ieħor jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li s-sistema nazzjonali inkwistjoni, u b’mod partikolari d-Digriet Liġi Nru 12/2004, tad-9 ta’ Jananr 2004, timponi għall-kisba tal-awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju fil-Portugall ta’ attività fis-settur tal-kostruzzjoni u billi b’hekk teskludi li jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-obbligi ekwivalenti li għalihom dawn il-fornituri jkunu suġġetti fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti kif ukoll il-verifiki li jkunu diġà twettqu f’dan ir-rigward mill-awtoritajiet tal-Istat Membru msemmi, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy