30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-460/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 39 KE - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika - Kaptani u uffiċjali (assistenti tal-kaptan) ta’ bastimenti - Għoti tal-prerogattivi tal-awtorità pubblika abbord - Rekwiżit ta’ ċittadinanza tal-Istat Membru tal-bandiera)
2010/C 24/20
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u D. Triantafyllou, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E.-M. Mamouna, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 39 tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva għaċ-ċittadini Griegi l-impjiegi ta’ kaptani u ta’ assistenti tal-kaptani fuq bastimenti Griegi kummerċjali u tas-sajd
Dispożittiv
(1)
Billi żammet fis-seħħ fil-leġiżlazzjoni tagħha r-rekwiżit taċ-ċittadinanza Griega għall-aċċess għall-impjiegi ta’ kaptan u ta’ uffiċjal (assistent tal-kaptan) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera Griega, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 39 KE.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 327 20.12.2008
Full & Egal Universal Law Academy