30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Don Bosco Onroerend Goed BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-461/08) (1)
(Is-Sitt Direttiva tal-VAT - Interpretazzjoni tal-Artikoli 13B(g) u 4(3)(a) - Trasferiment ta’ art okkupata minn bini parzjalment imwaqqa’ li minfloku ser jittella’ bini ġdid - Eżenzjoni mill-VAT)
2010/C 24/21
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Don Bosco Onroerend Goed BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(3)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 13B(g) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, P. 1) — Issuġġettar tat-trasferiment ta’ bini jew ta’ parti minn bini u tal-art li fuqu jinsab il-bini, li jkun sar qabel ma jkun ġie okkupat għall-ewwel darba — Trasferiment ta’ bini parzjalment imwaqqa’ minħabba s-sostituzzjoni tiegħu b’bini ġdid li għandu jinbena
Dispożittiv
L-Artikolu 13B(g) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens illi t-trasferiment ta’ art li fuqha għad hemm bini mġarraf li għandu jitwaqqa’ sabiex jittella’ bini ġdid minfloku u li t-twaqqigħ tiegħu għal dan l-iskop, li sar mill-bejjiegħ, diġà beda qabel dan it-trasferiment, ma jaqax taħt l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud stabbilita mill-Artikolu 13B(g). Għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, dawn it-tranżazzjonijiet ta’ trasferiment u ta’ twaqqigħ jifformaw tranżazzjoni unika li, b’mod ġenerali, għandha bħala għan mhux it-trasferiment tal-bini eżistenti u tal-art li jinsab fuqha, imma t-trasferiment ta’ art li mhijiex mibnija, u dan indipendentament mill-istadju ta’ progress tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ tal-bini l-antik fil-mument tat-trasferiment effettiv tal-art.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009
Full & Egal Universal Law Academy