24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-464/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/65/KE - Politika tat-trasport - Sigurtà tal-faċilitajiet tal-portijiet - Nuqqas ta’ traspożizzoni fit-terminu previst)
2009/C 256/11
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson u K. Saaremäel-Stoilov, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: L. Uibo, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, p. 28)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet, ir-Repubblika tal-Estonja naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008
Full & Egal Universal Law Academy