29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-465/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/36/KE - Dritt ta’ stabbiliment - Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali - Nuqqs ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 205/18
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Karanasou Apostolopoulou u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professionali (ĠU L 19, p. 16)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008
Full & Egal Universal Law Academy