21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta' Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Franza
(Kawża C-468/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Direttiva 2005/36/CE - Nuqqas ta’ traspożizzjoni)
2009/C 282/22
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u V. Peere, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Franza (rappreżentanti: G. de Bergues u B. Messmer, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jinnotifika, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22).
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 ta’ din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 10.01.2009
Full & Egal Universal Law Academy