13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Gerechtshof te Arnhem — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — K. van Dijk vs Gemeente Kampen
(Kawża C-470/08) (1)
(Politika agrikola komuni - Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Skema ta’ pagament uniku - Trasferiment tad-drittijiet għall-pagament - Skadenza tal-kuntratt ta’ kiri - Obbligi tal-kerrej u ta’ sid il-kera)
2010/C 63/20
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te Arnhem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: K. van Dijk
Konvenut: Gemeente Kampen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te Arnhem — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 226) — Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna — Skema ta’ pagament uniku — Trasferiment tad-drittijiet għall-pagament — Obbligi tal-kerrej u ta’ sid il-kera
Dispożittiv
Id-dritt Komunitarju ma jobbligax lill-kerrej, fl-iskadenza tal-kirja, li jitrasferixxi lis-sid il-kera l-artijiet bi qbiela inkwistjoni flimkien mad-drittijiet għall-pagament ikkostitwiti għal dawn l-artijiet jew relatati magħhom, u lanqas li jħallsu kumpens.
(1) ĠU C 6, 10.01.2009
Full & Egal Universal Law Academy