30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-475/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/55/KE - Suq intern tal-gass naturali - Ħatra definittiva tal-operaturi tas-sistema - Deċiżjoni li teżenta lill-infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass mill-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva - Obbligi ta’ pubblikazzjoni, ta’ konsultazzjoni u ta’ notifika)
2010/C 24/22
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u B. Schima, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, aġent, J. Scalais u O. Vanhulst, avukati)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta d-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 7, 11, 18 moqrija flimkien mal-Artikolu 25(2), kif ukoll mal-Artikolu (3)(d) u (e) u (4) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230) — Nuqqas ta’ ħatra tal-operaturi tas-sistemi tat-trasport u tad-distribuzzjoni tal-gass naturali likwifikat — Nuqqas ta’ obbligu ta’ pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li teżenta lill-infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass mill-applikazzjoni tad-direttiva — Nuqqas ta’ obbligu ta’ konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra u mal-awtoritajiet regolatorji l-oħrajn ikkonċernati mill-każijiet ta’ interkonnessjoni ta’ dawn l-infrastrutturi
Dispożittiv
(1)
Billi ma ħatarx, b’mod definittiv, operaturi tal-faċilitajiet tat-trasport, ta’ ħażna u tal-gass naturali likwifikat previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE, u billi ma ttrasponiex l-Artikolu 22(3)(d) u (e) u (4) ta’ din id-direttiva, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn id-dispożizzjonijiet.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 7.2.2009
Full & Egal Universal Law Academy