30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2009 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-476/08 P) (1)
(Appell - Regolamenti (KE, EURATOM) Nri 1605/2002 u 2342/2002 - Kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-Komunnitajiet b’akont fuqhom infushom - Żball fir-rapport tal-kumitat ta’ evalwazzjoni - Obbligu li tiġi mmotivata ċ-ċaħda tal-offerta ta’ offerent)
2010/C 24/23
Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u E. Manhaeve, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-59/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Novembru 2004, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti għal għoti ta’ servizzi ta’ żvilupp u manutenzjoni ta’ sistemi ta’ informazzjoni u servizzi ta’ appoġġ konnessi, intiżi għal sistemi ta’ informazzjoni finanzjarja tad-DĠ tal-Agrikoltura, kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor — Obbligu li tiġi mmotivata ċ-ċaħda ta’ offerta ta’ offerent
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 19, 24.1.2009
Full & Egal Universal Law Academy